Hemm Ċans Ta' Aktar Każijiet Pożittivi Fil-Jiem Li Ġejjin… Għaliex?

L-aħħar pazjent li nstab pożittiv għal Covid-19 attenda festin fi tmiem il-ġimgħa f’lukanda f’San Ġiljan, ftit jiem qabel ma ħareġ li hu pożittiv. Is-sit Times of Malta qed jirrapporta li l-awtoritajiet tas-saħħa bdew bil-contact tracing u diġà taw struzzjonijiet lil uħud minn dawk il-mijiet ta’ persuni biex joqogħdu f’kwarantina minħabba l-possibiltà li l-virus infirex.





Dawk kollha li attendew l-avveniment ta’ tlett ijiem qegħdin jiġu mħeġġa biex jiġu ttestjati. Dan ovvjament qed joħloq tħassib fost il-professjonisti tal-kura tas-saħħa fejn jista’ jkun li għal darb’oħra naraw żieda fin-numri ta’ każijiet.

Mhux magħruf jekk il-persuna li nstab pożittiv kellux sintomi waqt li kien qed dan il-festin. It-Times of Malta rrapurtat ukoll li l-lukanda Radisson f’San Ġiljan ikkonfermat li l-istaff kollu qed jiġi ttestjat wara struzzjonijiet mill-awtoritajiet tas-saħħa u l-lukanda qed titnaddaf kif stabbilit mill-awtoritajiet.



Jidher li kull min attenda dan il-festin, ġie ċċekkjat għad-deni u l-fatt li għaddiet ġimgħa minn dan il-festin hemm ċans li l-persuna seta’ faċilment kien f’postijiet oħra. Minkejja li l-awtoritajiet insistew fuq id-distanza soċjali, avvenimenti u festini oħra li jinvolvu folol kbar reġgħu bdew b’mod normali fl-aħħar ġimgħat.

Importanti li kull min kien hemm jersaq ‘il quddiem u jmur jagħmel it-test! Tista’ ssalva ħajja ta’ xi ħadd għażiż tiegħek! 

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI