Sarah Zerafa u l-maħbub tagħha David, illum qed jiċċelebraw avveniment importanti fil-mixja romantika tagħhom. Fil-fatt għalqu sentejn flimkien! Għall-okkażjoni Sarah xtaqet tħallilu messaġġ mill-isbaħ!
Tgħidlu kemm ifisser għaliha l-ħin kollu li jqattgħu flimkien, anke meta sempliċiment ipoġġu maġenb xulxin u jparlaw fuq kwalinkwe ħaġa. Issemmi fost l-oħrajn xi wħud mill-affarijiet li tant huma speċjali għaliha f’David, u li tant dejjem jiġbduha lejh. “Hemm miljun ħaġa li nħobb dwarek, bħall-mod kif titbissem, jew il-mod kif tħares f’għajnejja u tgħidli ‘inħobbok’ kull ħames minuti. U inħoss sentiment mill-aqwa meta nġiegħelek tidħak!”
Sarah tkompli ssemmi kemm tfisser għaliha li tarah kuntent jew meta jispiċċa jidħak b’xi ħaġa li tgħid jew tagħmel hi! Xerrdet anke ritrattti ħelwin tagħhom riċentament, li juru l-imħabba qawwija li hemm bejniethom it-tnejn!
Minn qalbna nawgurawlkom aktar snin ta’ saħħa, imħabba u hena!
View this post on Instagram