“Hemm Numru Rekord Ta’ Każijiet Attivi Fl-Iskejjel” – Gerald Fenech

Tul dan iż-żmien kollu, Gerald Fenech kien minn tal-ewwel li xerred informazzjoni fuq il-pandemija permezz tal-paġna tiegħu Gerald Fenech Covid19 News Updates. 

Illum hu żvela li hemm numru rekord ta’ każijiet attivi fl-iskejjel. Ironikament, dan kollu wara li ċertu skejjel sekondarji qed javżaw li kull min mhux qed jattendi fiżikament se joħroġlu School Leaving Certificate b’livell inqas minn dak ta’ studenti li baqgħu jattendu. 

Filwaqt li hemm ħafna li qed jgħidu li l-iskejjel huma safe, ħaddieħor jemmen li l-iskejjel għandhom jingħalqu speċjalment minħabba l-varjant Ingliż li qed jinfirex ħafna. 

Int x’taħseb? Iktbilna fil-kummenti. 







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI