Il-paġna Aġġornament tat-Temp għadhom kemm ikkonfermaw li l-ġimgħa d-dieħla ħa jkollna maltempati! Huma jagħtu dettalji dwar il-bidla fit-temp li ser nesperjenzaw.
Fil-fatt kif tistgħu taraw fil-post li tefgħu hemm indikazzjoni tat-temp li se jkun hemm bejn għada t-Tnejn 6 ta’ Settembru 2021 u l-Ħadd 12 ta’ Settembru 2021. It-Tnejn se jibda minnufih b’temp imsaħħab b’ħalbiet ta’ xita. Il-possibiltà kapaċi tonqos bejn l-Erbgħa u s-Sibt, għalkem hi mbassra x-xita.
Skont il-paġna jista’ jkun li nagħlqu l-ġimgħa b’maltempata. Huma jkomplu li, “Probabilità 80%. Iċ ċentru mhux ser ikun fuqna pero la lbieraħ is-sħab tagħna x-xita… L-istess mistenni jiġri imma b aktar intensità. Riħ forza 4 għal 5 punent ilbiċ.”