Henna Cachia hija tfajla Maltija ta’ 17-il sena, li għandha l-bżonn li jsirilha t-trapjant tal-mudullun.
Henna kellha tistenna ħafna biex issir din l-operazzjoni, l-aktar minħabba l-pandemija li faqqgħet madwar id-dinja. Fuq il-paġna uffiċjali t-tim ta’ Puttinu Cares ħa ħsieb jawguralha fejqan ta’ malajr f’din l-operazzjoni mportanti. Jidher li l-operazzjoni kellha ssir f’Marzu ġewwa l-Ingilterra.
Bosta kienu dawk il-ħbieb u qraba li kkummentawlha, għamlulha kuraġġ u saħansitra tefgħu ritratt tagħha fuq il-profil tagħhom biex juru kemm qed jaħsbu fiha f’dawn il-mumenti kritiċi.
Ninagħqdu ma’ Puttinu Cares biex nawguraw fejqan u suċċess fl-operazzjoni kemm lil Henna kif ukoll lil dawk kollha li jinsabu barra minn xtutna jissieltu kontra l-mard!