Henry Isellem Lil Aktar 3 Nisa Li Qalawlu Problemi F'Dawn Is-6 Snin!

Henry Zammit Cordina li jinterpreta l-parti ta’ John Cassar fis-serje ‘Ħbieb u Għedewwa’ sellem lil aktar 3 nies li ġabulu problemi! Qed nirreferu għal karattri ta’ Jamie (Sharon Ferris Genovese) Lina (Mandy Grimaud) u Sandra (Karen Magro). Għal kull minn segwa l-episodji ta’ Ħbieb u Għedewwa jaf kemm dawn il-karratri ħolqulu problemi lil John Cassar u ngħiduha kif inhi hu ma naqasx lanqas.

Ilbieraħ kienet l-aħħar ġurnata filming ta’ dawn it-3 karattri f’din is-serje li qed tixxandar fuq Melita More fit-3:45pm mit-Tnejn sal-Ġimgħa. Jidher li John Cassar ser jibqa’ jidher sal-aħħar għax baqalu xeni x’jiġbed! Ħerqana biex naraw it-tmiem tas-6 staġun ta’ dan id-dramm popolari. 







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI