Herman Bonaci kulħadd jafu bil-karattru simpatiku tiegħu ta’ Joe fis-serje “Simpatiċi”. Joe kien missier nervuż imma qalbu tad-deheb li dejjem lest biex jgħin! Biss Hermann ser ikun parti minn produzzjoni ġdida bl-isem ta’ “Nostalġija” li ser tibda tixxandar fid-29 ta’ Marzu fuq TVM.
F’din il-produzzjoni, Hermann ser jagħmel il-parti ta’ Albert. Skont il-paġna uffiċjali ta’ dan is-serje qalu, “Ma nafx x’se jingħad wara li tarawħ fil-parti li għandu. Naħseb li xi wħud se jaqblu w oħrajn le. Imma il-karattru qaxxru. Eżatt kif kellu jkun”. Ħerqanin biex naraw x’ser toffri din is-serje ġdida ta’ Ronald Saliba li hu l-awtur u l-producer.
Din is-serje għandha direzzjoni ta’ Charles Stroud u ser jieħdu sehem bost atturi distinti bhal Monica Attard, Tanya Bartolo, Joe Borg, Narcy Calamatta, Joe Farrugia d-dulli u ħafna oħrajn!