‘Hide & Seek’ – Kanzunetta Ġdida Minn Ben Millxr u Martha Micallef Attard

L-artisti Maltin Ben Millxr u Martha Micallef Attard ikkollaboraw għal darb’oħra hekk kif ħarġu kanzunetta ġdida bl-isem ta’ Hide & Seek. Din id-diska nħarġet b’mod speċjali għall-Halloween.

Huma kienu kkollaboraw għall-ewwel darba fl-2019 meta ħarġu Till It’s Gone. 

Dwar din il-kollaborazzjoni, Ben qal, “il-ħidma flimkien ma’ Martha kellha enerġija speċifika ħafna. Dan wassal għal ħafna sessjonijiet fl-istudjo fejn konna qed nippruvaw noħorġu b’materjal ġdid u minn hawn bdiet Hide & Seek.”

Għalkemm din il-kanzunetta bdiet tinkiteb fl-2019, Martha ħarġet bl-idea li ttemm u toħroġ il-kanzunetta għal Halloween ta’ din is-sena.  Hi qalet li hi u Ben jaqblu ħafna u klikkjaw mal-ewwel.

Ġimagħtejn biss ilu fejn ġie prodott vidjo mużikali taħt id-direzzjoni ta’ Mike Bonello Ghio bl-istil ikoniku tiegħu. Arawh hawn taħt.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI