Kif irrapportajna kmieni dalgħodu, il-maltemp ġab miegħu ċerti sfidi fit-toroq Maltin, inkluż ħitan tas-sejjieħ li ġġarrfu fost affarijiet oħra. Clean Malta tellgħu post jirringrazzjaw il-ħaddiema li jinsabu fuq barra fil-maltemp għaddejjin bil-ħidma tagħhom.
Huma kitbu, “Ħidma kontinwa f’temp li mhux fovorevoli biex wieħed jaħdem. GRAZZI KBIRA lil kull wieħed u waħda minnkom għas-servizz li qed tagħtu lill-pajjiż.”
Intant huma wkoll kitbu sabiex min jinnota xi postijiet li hemm bżonn xi ħidma ssir fihom minħabba l-maltemp, jista’ jirrapporta wkoll. Huma qalu, “Biex tinforma lid-Diviżjoni fejn il-Customer Care Unit jinfurmaw lil min hu kkonċernat ibgħat mill-app CLEAN and UPKEEP https://cleanandupkeep.gov.mt jew ċempel 1718.”