"Hija Biss Skultura Tar-Ramel. X'Inhu L-Inkwiet?" – Ara Għaliex Tista' Tkun Problematika Dik L-Iskultura!

L-attivista tal-ambjent Cami Appelgren għamlet appell biex dawk li tiġihom f’moħħhom jibnu xi skultura tar-ramel fuq ix-xtajta, qabel jittielqu jneħħu dak li jkunu għamlu. Forsi kultant anqas biss nirrealizzaw, imma dik l-iskultura tista’ toħloq problemi. Hawn min jirraġuna, “Hija biss skultura tar-ramel. X’inhu l-inkwiet?”

Cami tgħaddi tliet punti li ħa ssibu hawn taħt,

  1. “Għandna bżonn ngħallmu lil uliedna jkollhom mentalità ta’ ‘ma nħallu l-ebda traċċa’. Mhux se jfisser biss it-twittija ta’ skulturi tar-ramel iżda jfisser ukoll li naħsbu dwarna li nkunu parti minn xi ħaġa akbar. Hija ħila tal-ħajja li toħloq persuna ta’ integrità.”
  2. “Il-fkieren li jiġu biex ibidu l-bajd huma mhux komdi fuq l-art. Tagħmilhiex aktar diffiċli għalihom jekk jogħġbok!”
  3. “Nista’ ninfurmak ukoll li ċerti nies li jixorbu ftit iżżejjed (mhux luminata) din taf tkun ta’ perikolu u toqba fir-ramel bħal din tista’ tfisser sieq miksura.”

Hi żżid, “Naħseb li hu dwar il-fatt li tkun umli. Ma tagħmel l-ebda ħsara diretta u għalhekk mhuwiex dwar li tipprojbixxi xi ħaġa. Sempliċement twaqqaha jew tiċċattja wara li tkun ħadt gost. Bħalma nitolbu lil uliedna jagħmlu meta jilagħbu d-dar. M’hemm l-ebda differenza.”





Facebook / Isabelle Mallia



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI