Miriam Borg Debrincat kitbet fuq l-opinjoni tagħha fuq is-sitwazzjoni li għaddejja bħalissa fuq il-“Kill Shelters”!
L-inkwiet ta’ Miriam hu li għalkemm hi għandha rispett lejn Alison Bezzina u x-xogħol li tagħmel, m’hemmx garanzija li ta’ warajha se jkun qed jaħseb l-istess bħalha. B’hekk l-annimali xorta waħda għadhom f’riskju kbir. Fil-messaġġ tagħha, Miriam tistaqsi “Għalfejn jintefqu il-miljuni fuq industriji u setturi oħra u fejn hemm ħajjiet innoċenti fin-nofs qajla jsir xi ħaġa?”
Miriam indirizzat ukoll lill-breeders u qalet li “sabiħ li jkun hawn razzez… pero kollox bil-limitu tiegħu u b’liġi li tħares id-drittijiet kemm tal-annimali u anke tal-konsumatur.”
Intom taqblu magħha?