"Hina Twieldet L-Italja U Hi Taljana" – L-Ewwel Tarbija Afgana Li Twieldet Fl-Italja F'Ambjent Sigur

Il-Psikoloġista Nicholas Briffa qasam l-istorja ta’ Hina flimkien ma’ ritratt ta’ din iċ-ċkejkna! Hu kiteb, “Nippreżentalkom lil Hina. Hina għandha ftit sigħat ħajja, tiżen eżattament 3 kilogrammi, tinsab tajba, u hija l-ewwel tarbija Afgana li twieldet fl-Italja – ommha Sulmona, hija mara li reċentement ħarbet minn Kabul. Hija storja mqanqla li segwejt dan il-mument fuq il-midja Taljana.”

Hu jkompli jispjega, “Missier ta’ Hina inqatel mit-Taliban quddiem il-ħajt li jdawwar l-ajruport, wara li ra d-dar tagħhom tingħata n-nar. L-omm, waħedha, sula sula u tqila, ġiet milqugħa f’faċilità militari f’Abruzzo, segwita mill-voluntiera u l-operaturi tas-Salib l-Aħmar. Rabta tant intensa u profonda, fit-traġedja, li Sulmona riedet il-voluntiera magħha anke fil-kamra tal-ħlas.”

Nicholas jgħid, ” Il-Knisja f’Abruzzo ħadet ħsieb il-kordinazzjoni u l-bżonnijiet kollha tagħha. Kulħadd jgħid dak li jrid, u jxerred kemm irid mibegħda, imma Hina twieldet l-Italja u hi Taljana…hija Ewropea. Waħda minna. Jew, għallinqas, hekk għandu jkun. Il-qalb tajba teżisti! Is-solidarjetà umana hija kbira minkejja kollox. Awguri u merħba Hina!”

Nittamaw li ċ-ċkejkna jkollha futur mill-isbaħ mimli b’ħafna affarijiet sbieħ. Qalb it-traġedji ġewwa Kabul, tfeġġ storja ta’ tama għal ġejjin isbaħ!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI