Howard Keith B’Tislima Xierqa Lil Missieru Li Tilef Tletin Sena Ilu

Ħafna jafuh bħala l-moħħ wara Ira Losco, rajnieh jirbaħ l-ewwel edizzjoni ta’ X Factor Malta bħala mentor permezz ta’ Michela li kellha ġlieda ħarxa minn Owen Luellen, li l-mentor tiegħu kien ħadd ħlief Ira Losco. Ħafna jafu li Howard mhux wieħed li jomgħod kliemu u dak li jkollu jgħidlek, jgħidulek. Probabli din hi r-raġuni għala dejjem mexa ’l quddiem fil-karriera tiegħu.

F’post mill-qalb u pjuttost kommoventi, Howard jistqarr li rari jikteb xi ħaġa ta’ dan it-tip fuq il-midja soċjali u wisq aktar rari li jaqsam il-ħajja privata tiegħu. Infatti hu jkompli billi jgħid “Eżatt tletin sena ilu ġie nieqes missier u niftakar ċar il-ħsibijiet kollha li għaddew minn moħħi.”

Hu jkompli billi jgħid li dawn il-ħsibijiet kienu koroh u l-futur deher verament inċert però kellu ħsibijiet oħra li tawh is-saħħa għax kien jaf li missieru m’għadux ibati aktar. Li kien jaf fiċ-ċert kien li kellu l-aqwa gwida f’ħajtu.

H

Howard ikompli jiftaħ qalbu u jgħid “Għalkemm iż-żmien tiegħu kien qasir, kien biżżejjed biex iħalli marka fuqi u fuq oħrajn.”. Fil-ħajja iltaqa’ ma’ diversi sitwazzjonijiet li jfakkruh kemm missieru kien raġel twajjeb – kemm jekk inhu fl-unur li missier jingħata lill-inġiniera kull sena, kemm ukoll f’sempliċiment meta jitkellem ma’ familjari u ħbieb.

Howard jispiċċa dan il-messaġġ billi jgħid li l-iżjed li sar jaf lil missieru kien proprju meta sar missier hu stess. Hemm kien fehem is-sagrifiċċji u l-imħabba li kellu missieru u l-valuri li dejjem għaddielu. Howard itemm billi jgħid: “Stramba IMMA Vera!”

Facebook / Howard Keith Debono

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI