Il-BOV qed iwissu lill-klijenti tagħhom biex joqogħdu attenti u ma jgħaddu ebda informazzjoni permezz tal-mobile tagħha u xi messaġġi li jirċievu.
Huma kitbu, “Attent jekk tirċievi xi messaġġi (SMSes) suspettużi li jistgħu jidhru li qed jintbagħtu mill-BOV. Dawn il-messaġġi jistaqsuk biex tipprovdi informazzjoni finanzjarja personali u jidderiġuk għall-website malizzjuża.”
Huma komplew jiktbu, “M’għandekx tagħfas fuq il-link. Il-Bank of Valletta qatt ma jistaqsi għal informazzjoni finanzjarja personali permezz ta’ SMS, emails jew mezzi soċjali. Għal aktar assistenza agħmel kuntatt mal-Customer Service Centre tal-Bank fuq 2131 2020 jew b’email fuq customercare@bov.com.”
Xerred dan il-messaġġ u ara li toqgħod b’seba’ mitt elf għajn.
Facebook / BOV