Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħha, Christa Cilia laqqgħet lis-segwaċi ma’ Tyson, kelb li qed ifittex id-dar dejjiema tiegħu.
Hi qalet, “Ftit ġimgħat ilu sirt naf B’Tyson. Ilbieraħ għall-ewwel darba ltqajt miegħu. Kellna appuntament biex inżuru lill-veterinarju għal vista tajba wara li ilu madwar 8 snin jgħix ġo fabrika li ngħalqet u l-kelb baqa’ hemm waħdu, kemm jiġi mitmugħ, mingħajr attenzjoni oħra li għandu bżonn. Tyson għandu bejn wieħed u ieħor 10 snin, huwa kelb kalm immens, iħobbok mill-ewwel, u mingħajr ma trid tħobbu malajr ukoll.”
Żiedet tgħid, “Apparti hekk, Tyson ħaqqu familja li tieħu ħsiebu. Ġo dar qatt ma kien imma ċerta li jadatta għax interessat ħafna fil-kumpanija ta’ nies u jibbondja malajr qisu ilu jafek żmien (lili hekk għamilli). Wara l-vista tal-vet, kontra qalbna kellna mmorru nħallu lil Tyson fil-fabrika sakemm forsi nsibulu lil xi ħadd. Jekk hawn xi ħadd li jixtieq itih dar u l-imħabba kollha għax hekk ħaqqu, ikkuntattjawni. Ixxerjaw ghal Tyson.”
Jekk hawn xi ħadd lest li joffri dar lil Tyson għandhom jikkunttjaw lil Christa Cilia. Jekk ma tistgħux ittuh dar, aqsmu dan l-artiklu fuq il-mezzi soċjali forsi nsibulu dar.
Facebook/Christa Cilia