Għal dawn l-aħħar jiem konna qed naraw kontinwament każijiet ta’ fejqan, kemm meta kien hemm dawk pożittivi kif ukoll meta ma nstab l-ebda wieħed.
Fuq il-paġna Gerald Fenech Covid-19 News Updates jidher li huma kkonfermat li għal darb’oħra fl-aħħar 24 siegħa ma nstab l-ebda każ pożittiv. Aqwa minn hekk għandna nisimgħu b’aktar fejqan. Ma kien hemm l-ebda indikazzjoni dwar l-R factor ta’ bħalissa.
Nistgħu ngħidu li bdejna l-ġurnata b’aħbarijiet sbieħ u din l-informazzjoni ta’ kuljum bħal dal-ħin huma ħafna li qed ikunu qed jistennewha u japprezzawha.