Iħallina Patri Piju (Edwin Sammut) Kondoljanzi Lil Victor Sammut U Lill-Familja Tiegħu

Victor Sammut, jagħti l-aħħar tislima lil ħuħ Patri Piju Edwin Sammut. Dan il-Patri kellu il-website www.fatherpius.site fejn fiha wieħed jista’ jsib diversi talb, xelta ta’ meditazzjonijiet kif ukoll stejjer. Ħuh jikkwota minn din il-paġna stess l-awto bijografija tiegħu fejn jgħid li Patri Piju twieled fis-sena 1948 fis-26 ta’ Settembru f’familja ta’ erbgħa minn Birkirkara. Kienu 2 subien u 2 bniet. Missierhom ħadem fit-Tarzna, fil-lottu pubbliku, u kien ukoll direttur għal ħafna snin ta’ orkestra mużikali filwaqt li ommhom kienet mara tad-dar.

Patri Piju Edwin segwa bosta studji u tela’ wkoll l-Ingilterra sabiex jistudja l-Filosofija. Apparti Londra dar bosta pajjiżi oħra fosthom Irlanda u Italja. Kien ilu Karmelitan għal 34 sena u qaddes f’bosta postijijet. Kien jaħdem ukoll mal-Knisja Kattolika tal-Canada.

Storja ħelwa li kien iħobb jirrakonda dan il-Patrii kienet tikkonċerna żewġ bibien.  Kull ġurnata kien jemmen li jiftħu dejjem dan iż-żewġ bibien. Wieħed tad-deheb u l-ieħor komuni. Il-bieb il-komuni huwa dak tar-rutina ta’ kuljum, filwaqt li l-ieħor huwa tat-talb. Inti agħżel dejjem li tidħol minn dak il-bieb tad-deheb, tat-talb. Messaġġ tassew fih x’tomgħod.

Kondoljanzi lil familja u qraba ta’ Patri Piju Edwin.





Facebook / Victor Sammut



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI