Iħallina Sammy, "L-Organu Li Jorganizza Dawn L-Attivitajiet Sportivi." – L-Għaqda Regatta Nazzjonali U Qdif Ieħor Issellem Il-Memorja Tiegħu

Għaqda Regatta Nazzjonali u Qdif Ieħor b’dispjacir tħabbar li s-Sur Samuel Busutill (mgħaruf bħala Sammy), ex President ta’ l-Għaqda u President Onoraju, mar jitaqa mal-Ħallieq illum il-Ħadd, 8 ta’ Awwissu 2021.

Is-Sur Sammy kien President tal-Għaqda Regatta Nazzjonali mill-1978 sal-2007, l-organu li jorganizza dawn l-attivitajiet sportivi.

Huwa kien strumentali sabiex jiddaħlu ideat ġodda fir-Regatta li tant kien iħobb. Inwasslu l-kondoljanzi lill-familja tiegħu. Dettalji tal-funeral jithabbru iktar tard.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI