"Iċċarratli T-Tajer Tal-Karozza… Kien Raġel Pakistan Li Waqaf Jgħini" – Ġest Mill-Isbaħ!

Fuq il-mezzi soċjali, persuna Maltija bl-isem ta’ Thomas Borg irringrazzjat pubblikament lil raġel Pakistan talli meta rah wieqaf mal-ġenb tat-triq f’Ta’ Kandja bit-tajer imċarrat, kien pront waqaf jgħinu.

“Għaddew iktar minn 100 karozza, imma ma kienx hemm ruħ Maltija waħda li waqfet tgħini,” saħaq Borg, fejn imbagħad spjega kif kien Hajat, raġel ta’ nazzjonalità Pakistana li waqaf sabiex jagħtih l-għajnuna meħtieġa.

“Ma kienx jafni, iżda rani qiegħed nitħabat u minnufih ġie jgħini,” kompla Thomas, hekk kif faħħar lil Hajat għat-“tjubija” tiegħu u għall-għatx li għandu sabiex jgħin lil ta’ madwaru.





Borg irringrazzja lil Hajat talli minkejja li kien għadu kif lesta jum ta’ xogħol, xorta waħda waqaf u għenu, filwaqt li temm jappella sabiex nagħrfu ngħinu aktar lil xulxin fejn nistgħu.

“Kemm hu sabiħ li wieħed jgħin,” irrimarkat persuna oħra b’reazzjoni għal dan il-ġest nobbli.

Ġest mill-isbaħ!



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI