Prof. Derick Rossi huwa l-professur Malti-Kanadiż li kien il-moħħ wara l-vaċċin tal-Moderna kif nafuh aħjar. Fost il-vaċċini li jaqgħu taħt l-mRNA hemm ukoll il-Pfizer. Prof. Rossi huwa fil-fatt iben ġenituri Maltin, li ta’ sitt snin ħaduh l-ewwel darba Malta wara li twieled il-Kanada.
Rossi spjega lis-sit Times of Malta rigward l-importanza li kulħadd jitlaqqam b’dan il-vaċċin. Dan il-vaċċin kapaċi jiġġieled anke kontra mard ieħor fosthom mard tad-demm jew multiple sclerosis. Flimkien mat-tim professjonali tiegħu Prof. Rossi kien skopra kif il-Moderna kapaċi tikkontrolla d-demm b’tali mod li anke kapaċi tiġġieled kontra l-Covid-19.
Fil-passat il-Moderna kienet magħrufa bħala sustanza li kapaċi tikkura mard ġenetiku ieħor. Prof. Rossi jgħaddi messaġġ lill-poplu Malti u Għawdxi biex ma jħallix min ibellalu informazzjoni falza biex ibeżża’. Huwa importanti li nitlaqqmu bil-vaċċin li qed niġu offruti. Apparti li huwa għandu fiduċja sħiħa fil-Moderna, jisħaq li kull vaċċin huwa bżonnjuż biex niġġieldu kontra l-Covid-19 li ħakkmitna.
Malta kienet fost l-ewwel li bdiet tirċievi l-vaċċin tal-Moderna f’Jannar li għadda.