“Ibni Issa Jinsab Barra Mill-Isptar…” – Il-Membru Parlamentari Adrian Delia

Adrian Delia ħabbar li ibnu ħareġ mill-isptar, wara li ġie attakkat f’tas-Sliema f’każ li qanqal tħassib u solidarjetà wiesgħa fost il-pubbliku.



F’messaġġ li qasam fuq il-midja soċjali, Delia kiteb: Ibni issa jinsab barra mill-isptar, iżda l-ġustizzja għadha trid tasal. Min kollox ħa nagħmel biex min ilu jaħkem bil-biża fuq uliedna għal snin sħaħ iwieġeb għal għemilu.” Kliem li juri kemm bħala missier kif ukoll bħala figura pubblika, Delia jinsab determinat li jara li ssir ġustizzja.



L-attakk, li seħħ f’żona popolari f’Sliema, reġa’ qajjem diskussjoni dwar is-sigurtà, b’mod partikolari fejn jidħlu ż-żgħażagħ, u l-bżonn li min iwettaq atti vjolenti jinżamm responsabbli ta’ għemilu.



Bosta persuni, inklużi politiċi u ċittadini, esprimew l-appoġġ tagħhom lejn il-familja Delia, filwaqt li awguraw fejqan sħiħ lil ibnu u appellaw biex il-ġustizzja ssir bla biża’ u bla tfixkil.

Ritratti:

Facebook / Adrian Delia

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI