Fost il-ġenituri kburin bis-suċċessi ta’ uliedhom hemm il-ġenituri ta’ Diego li jitpaxxew jaraw lil binhom jikber u jitgħallem affarijiet ġodda kuljum!
Diego huwa tifel intelliġenti ta’ sitt snin bl-Awtiżmu b’determinazzjoni kbira mmens. Il-ġenituri ta’ Diego ħolqu paġna bl-isem ‘I am Diego’ biex jaqsmu l-mumenti ħelwin mat-tifel tagħhom. Illum qasmu mas-segwaċi tagħhom kemm jinsabu kuntenti meta jarawh jinteressa ruħu fix-xogħol tal-idejn.
Hi l-hena tagħhom meta jarawh jistaqsi u jipprova affarijiet ġodda b’ħeġġa u determinazzjoni. Għalihom “li tagħmel l-almu tiegħek f’kollox huwa biżżejjed biex tagħmilna tant u tant kburin bik.”
Proset Diego!