“Iċ-Ċelebrazzjoni Ta’ Ħajjet Missierna Se Ssir Nhar L-Erbgħa, 8 Ta’ April” – Gino Lombardi

L-attur Gino Lombardi llum ħabbar id-dettalji tal-funeral ta’ missieru Elio Lombardi, ftit jiem wara li tħabbret il-mewt tiegħu.

Fuq il-paġna tiegħu, Gino kiteb, “Iċ-ċelebrazzjoni ta’ ħajjet missierna se ssir nhar l-Erbgħa, 8 ta’ April, 2026 fil-Knisja Parrokkjali San Franġisk t’Assisi, il-Qawra fit-tmienja u nofs ta’ filgħodu.”

Żied jgħid, “Minflok fjuri jkunu apprezzati donazzjonijiet għal Puttinu Cares.”

Nirringrazzjaw lill-familjari ta’ Elio Lombardi li f’ġurnata daqstant diffiċli għalihom, xorta waħda ħasbu f’ħaddieħor li wkoll għaddej minn żminijiet diffiċli, permezz ta’ donazzjonijiet għal Puttinu Cares.



Inżommu lill-għażiż Elio Lombardi fit-talb tagħna biex jistrieħ għal dejjem fis-sliem u l-paċi mal-Missier. Il-memorja tiegħu tibqa’ f’qalbna għal dejjem. Nagħtu wkoll il-kondoljanzi tagħna lill-familjari u ħbieb tiegħu f’dan iż-żmien diffiċli.





Ritratti:

Facebook / Gino Lombardi

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI