Il-paġna tal-Facebook Aġġornament Tat-Temp kitbet dwar iċ-Ċiklun Harry li se jidħol fis-seħħ mil-lejla u għalkemm dan se jolqot l-aktar lil Sqallija, xorta se nħossu l-effetti ta’ riħ u xita fil-Gżejjer Maltin.
“Iċ-Ċiklun Harry li se jidħol fis-seħħ ilu jiġi mbassar minn din il-paġna, ser iġib miegħu ammont ta’ riħ qawwi kif ukoll xita,” huma kitbu. “L-aktar li se tintlaqat hija Sqallija.”
Huma kitbu ukoll it-temp previst sa nhar l-Erbgħa. Illum se jkun ftit jew wisq imsaħħab u b’riħ forza 3 xlokk li jitla 4 waranofsinhar. Filgħaxija r-riħ jaf jitla’ sa forza 6. L-ogħla temperatura se tkun ta’ 17°C u l-inqas ta’ 14°C.
Għada jidher li se jkun imsaħħab b’ħalbiet izolati tax-xita b’riħ qawwi ħafna. L-ogħla temperatura tkun ta’ 16°C u l-inqas 14°C. It-Tliera se jkun ukoll imsaħħab b’ħalbiet tax-xita bl-ogħla temperatura tkun 15°C u l-inqas 13°C. L-Erbgħa se jkun imsaħħab b’xi ċans ta’ xita. L-ogħla u l-inqas temperaturi jkunu l-istess bħall-ġurnata ta’ qabel.
Facebook / Aġġornament tat-Temp