Iċ-Ċkejkna Catalaya Terġa’ Tkanta L-Innu Malti Did-Darba Qabel Il-Partita Ta’ Malta Kontra L-Lussemburgu

Ilbieraħ fl-istadium nazzjonali f’Ta’ Qali, it-tim nazzjonali Malti ġie f’konfront mat-tim nazzjonali tal-Lussemburgu.

Ftit minuti qabel ma bdiet il-partita, hekk kif il-plejers taż-żewġ timijiet bdew ikantaw l-innijiet ta’ pajjiżhom, spikkat il-vuċi taċ-ċkejkna Catalaya hekk kif kienet proprju hi li kantat l-innu Malti.



Catalaya hi tifla ta’ 8 snin li ma tħallix il-passjoni tagħha lejn il-mużika tiġi mxekkla mill-fatt li hi nieqsa mid-dawl.



F’Novembru li għadda, meta t-tim nazzjonali ta’ pajjiżna f’dik l-okkażjoni ġie f’konfront mal-Polonja, kienet Catalaya wkoll li kantat l-innu ta’ pajjiżna fejn ftit minuti wara l-midja soċjali sabet ruħha ddominata minn kummenti ta’ tifħir indirizzati lejn iċ-ċkejkna.

Din id-darba wkoll ma naqasx li bosta faħħru liċ-ċkejkna hekk kif l-istadium nazzjonali li lbieraħ laqa’ fih madwar 9,400 ruħ tħalla kommoss bil-lirika tal-innu Malti kantata miċ-ċkejkna Catalaya.

Fuq il-midja soċjali l-President Emeritu Marie-Louise Coleiro Preca faħħret liċ-ċkejkna u stqarret li tinsab kburija ferm biha.



Prosit, Catalaya!

Ritratti:

Facebook / Marie-Louise Coleiro Preca u Malta Football Association

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI