Tista’ tgħid li Emily, serqet l-attenzjoni tal-Maltin u l-Għawdxin. Huma mijiet jekk mhux eluf ta’ nies li qed iżommuha f’qalbhom u f’talbhom jittamaw li t-tifla tagħmel pass ‘il quddiem u kollox jibda miexi sew.
Illum hi ġurnata speċjali għal omm Emily għax tiċċelebra għeluq sninha. Għal għeluq sninha, ommha Vaness ddeċidiet li tiftaħ kampanja sabiex jinġabru l-flus għal Puttinu Cares. Is-somma totali li nġabret s’issa tlaħħaq €3,800 u d-donazzjonijiet għadhom deħlin. Wieħed jista’ jagħmel id-donazzjoni tiegħu HAWN.
F’dan il-jum speċjali għal omm Emily, Emily bl-għajnuna ta’ dawk li bħalissa jinsabu qrib tagħha f’dawn il-mumenti diffiċli għaddiet lil ommha karta bl-awgurju tagħha fuqha u wkoll stampar tal-id u tas-sieq ta’ Emily bil-roża. Din żgur tibqa’ tifkira għażiża lil Vanessa.
Aħna f’isem it-tim kollu ta’ Gwida.mt nawguraw lil Vanessa li jkollha sena aħjar minn dik li għaddiet, nittamaw li ċ-ċkejkna Emily tirkupra u tkun mimlija enerġija u saħħa liema bħalha. Nafu fiċ-ċert li dan hu li tixtieq f’qiegħ qalbha.
Facebook / Vanessa Gatt