Iċ-Ċkejkna Emily Tiġbor Aktar Minn €1,500 Għal Puttinu Cares B’tifkira Ta’ Jake Curmi

Kull sena, b’qalb mimlija mħabba u determinazzjoni, Emily tagħżel li tfakkar il-memorja ta’ Jake Curmi b’ġest li jmiss il-qlub ta’ ħafna segwaċi. Minflok kliem, hija tagħżel l-azzjoni – billi tiġbor il-ħelu u permezz t’hekk il-fondi jintużaw biex tgħin lit-tfal li qed jirċievu l-kura minn Puttinu Cares.

Din is-sena, l-isforz tagħha wassal għal riżultat mill-isbaħ: €1,025 miġbura minnha stess, flimkien ma’ €500 oħra li nġabru bl-għajnuna ta’ ħbieb tagħha mis-St. Michael Foundation. B’kollox, aktar minn €1,500 ġew mogħtija sabiex ikomplu jagħtu tama u sapport lil familji li għaddejjin minn mumenti diffiċli.



L-istorja ta’ Emily hija tfakkira ċara li anke l-iżgħar fostna jistgħu jagħmlu differenza kbira. B’qalb tad-deheb u ġest sinċier, hija qed iżżomm ħajja t-tifkira ta’ Jake, filwaqt li tferra’ tama ġdida fil-ħajja ta’ ħafna tfal oħra.



Minn qalbna nixtieq ngħidu prosit kbira lil Emily, tifla ta’ eżempju, kuraġġ u ġenerożità.



Ritratti:

Facebook/ Puttinu Cares

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI