Iċ-Ċkejkna Francesca Ssir Ambaxxatriċi Ta’ Għaqda Filantropika Ingliża Li Tgħin Persuni Bid-Down Syndrome

Ilbieraħ iċ-ċkejkna Francesca Rausi tħabbret bħala ambaxxatriċi ta’ għaqda filantropika Ingliża li b’ħidmietha taspira li tqajjem kuxjenza dwar il-kundizzjoni tad-down-syndrome.

L-għaqda faħħret il-fatt li ċ-ċkejkna ta’ 10 snin minkejja l-isfidi li b’mod regolari jkollha taffaċja, madankollu rnexxielha tikseb daqstant suċċess f’diversi oqsma fosthom l-immudellar, ir-reċtar kif ukoll il-kant.

“Kellha biss 3 snin meta bdiet timmudella u minn dakinhar ‘l hawn ħadet sehem f’bosta sfilati tal-moda, fosthom tal-karità,” kitbet l-għaqda Ingliża Wouldn’t Change A Thing.

B’reazzjoni omm iċ-ċkejkna, Michelle Rausi, fissret fuq il-midja soċjali kemm hi kburija b’bintha filwaqt li esprimiet il-gratitudni tagħha lejn l-organiżazzjoni filantropika għall-opportunità li taw lil Francesca.







Ritratti:

Facebook / Michelle Rausi

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI