“Iċ-Ċkejkna Jasmine Qisha Supereroj”– Filmat Li Juri L-Progress Kontinwu  U Straordinarju Tagħha

Dak li qed naraw mhuwiex sempliċiment filmat ta’ tifla bilqiegħda fuq ballun. Dak il-mument qasir jaħbi warajh storja twila ta’ xogħol bla waqfien, determinazzjoni, paċenzja u ħafna ħin.

Il-filmat juri lil Jasmine f’mument ta’ progress li għal ħafna jista’ jidher żgħir, iżda għaliha u għal dawk li jifhmu l-vjaġġ tagħha, hu pass kbir ’il quddiem. Kull sekonda ta’ bilanċ tirrappreżenta sigħat twal ta’ terapija, sforz fiżiku u sfidi li ma jintgħelbux faċilment.

Il-progress ta’ Jasmine huwa frott ta’ impenn kontinwu u sostenn qawwi minn dawk ta’ madwarha.Din l-istorja tfakkarna li wara kull kisba hemm proċess li mhux dejjem jidher fuq il-midja soċjali. Jasmine qed turi li bil-paċenzja u l-fidi, kull pass anke jekk jidher żgħir jista’ jfisser rebħa kbira.

U tassew, xi ħadd għandu jagħtiha kappell ta’ supereroj għax Jasmine mhux biss qed tagħmel progress fiżiku, bil-kuraġġ tagħha stess qed  tkun ukoll ta’ ispirazzjoni għal bosta segwaċi.  Bien tara l-filmat segwi HAWN.







Ritratti:

Facebook/ Jasmine’s journey

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI