Tiftakruha d-dar tal-film The Conjuring li ħareġ fl-2013 u werwer udjenzi sħaħ? Issa din id-dar tinsab għall-bejgħ għall-prezz ta’ $1,200,000.
Kif jaf kulmin ra The Conjuring, id-dar għandha kważi 200 sena. F’nofs is-seklu 19, mara jisimha Bathsheba Sherman okkupat id-dar. Il-leġġenda tgħid li kienet saħħara li qatlet lil binha. Suppost, għamlet hekk bħala offerta lil Satana.
Ħadd ma jaf jekk din il-leġġenda hix vera jew le, iżda li hu żgur hu li xi ħaġa orribli hemm f’dik id-dar hekk kif fis-snin 70, il-familja Perron kienet terrorizzata għal 10 snin sakemm kellhom joħorġu mill-proprjetà.
Il-familja kienet irrappurtat ġrajjiet u osservazzjonijiet tal-biża’ id-dar. Affarijiet li ma jistgħux jiġu spjegati.
Id-dar tinsab f’Harrisville, Rhode Island, u hija ftit iktar minn 3,000 pied kwadru. Fiha tliet kmamar tas-sodda u kamra tal-banju waħda u nofs.