Fuq il-paġna uffiċjali tal-Institute of Tourism Studies (ITS) tħabbret il-mewt ta’ Kekoo Modi – li kien ibigħ il-kotba kif ukoll jgħallem u jiggwida professjonisti żgħażagħ fid-dinja kulinarja.
“L-Istitut tal-Istudji Turistiċi jibki t-telfa ta’ Kekoo Modi, li d-dedikazzjoni dejjiema tiegħu ħalliet marka profonda fuq il-komunità kulinarja u tal-ospitalità ta’ Malta.”
L-ITS iżid: “Ħafna jiftakru b’għożża n-noti miktuba bl-idejn li kien jinkludi ma’ kull ktieb – kliem ġentili li jirrifletti l-għerf, l-interess u l-fehim profond tal-ħajja nnifisha. Permezz tax-xogħol tiegħu, Kekoo għen biex jifforma t-tagħlim, il-kurżità u l-eċċellenza fl-arti kulinarja…”
Kien ta’ influwenza pożittiva bil-ħidma u l-kontribut tiegħu, u ta’ dan illum ħafna studenti qed jibbenefikaw minn dak li għallem u xerred.
“Il-wirt tiegħu jibqa’ ħaj fl-istudenti li appoġġja, fil-professjonisti li aspira, u fl-għarfien li għen biex jasal f’idejn tant nies.”
Kondoljanzi f’isem it-tim ta’ Gwida.mt lill-familjari, qraba u ħbieb. Strieħ fis-sliem, Kekoo.