Waqt li l-Onorevoli Toni Bezzina jinsab rikoverat l-isptar bosta qegħdin iżuruh u juruh li jinsab fi ħsiebhom. Fosthom illum hemm l-Onorevoli Membru Parlamentari Robert Cutajar li xeħet ħsieb qasir dwar sieħbu Toni.
“B’dover mort inżur lill-ħabib u kollega d-deputat Toni Bezzina li jinsab rikoverat l-isptar. Għall-grazzja t’Alla jinsab ġej il-quddiem” jikteb l-Onorevoli Cutajar.
Jieħu l-okkażjoni biex jirringrazzja lit-tim mediku kollu li b’tant dedikazzjoni joffri l-aħjar servizz lill-pazjenti kollha fl-isptar. Min-naħa tiegħu Bezzina wkoll għamel ir-ringrazzjamenti tiegħu fuq Facebook u wera l-apprezzament lejn dawk kollha li qed iżuruh f’dawn il-mumenti.
F’isem Gwida.mt nawguraw fejqan ta’ malajr lid-deputat Toni Bezzina.
Facebook/ Toni Bezzina