
Il-villaġġ ta’ Natalis Notabilis reġa’ magħna għal sena oħra u proprjament illum fetaħ it-tielet ġurnata tiegħu. Minn prodotti artiġjanali għal wirjiet, jidher li dan l-avveniment qed joffri esperjenza varjata u adattata għal kull età.
Fost il-folla li bdiet tinġabar fit-toroq tal-Imdina u r-Rabat, spikka suġġett li, għal xi wħud, seta’ jidher mhux tas-soltu: id-daqna! Iżda xi ngħidu.. fil-kuntest tal-Milied, ma jistax ikun hemm tema iktar f’waqtha!
Dan kollu seħħ qrib il-knisja ta’ Ġieżu – żewġ bibien ‘il fuq mid-daħla tan-nativity trail, meta xi voluntiera ta’ Natalis Notabilis iltaqgħu ma’ raġel li d-daqna tiegħu immedjatamenet saret suġġett ta’ ammirazzjoni. Dan il-persuna li jġib l-isem ta’ Johan mhux biss ġibed l-għajn tan-nies iżda spiċċa f’dibattitu spontanju ta’ min għandu l-isbaħ daqna bejnu u l-Persuna liebes ta’ Father Christmas ġewwa l-villaġġ. Min hawnhekk tfasslet il-mistoqsija ċajtiera fost il-voluntiera: “Min għandu l-isbaħ daqna — Johan jew Santa?” Naturalment, ma naqasx ukoll li jieħdu ritratt flimkien.
Ir-risposta? Jidher li għadha ma nstabitx.. u forsi aħjar hekk. Għax xi kultant il-gost jintlaqa’ propju fid-diskussjoni u fit-tbissima li toħloq.
Jekk għadek ma żortx Natalis Notabilis, għad għadek fiċ-ċans iżżur il-villaġġ tal-Milied, tgawdi l-atmosfera u min jaf, forsi anke inti ssib dik id-daqna li tiġbidlek l-attenzjoni!
Facebook/ Fata Morgana