Il-kompożitur Taljan Ennio Morricone, rebbieħ ukoll ta’ miet fl-età ta’ 91 sena. Il-mużiċist Taljan, li għamel il-mużika ta’ aktar minn 400 film u programm televiżiv, miet nhar illum 6 ta’ Lulju fil-Campus Bio-Medico f’Ruma, ġimgħa wara li sofra waqgħa li fiha kiser siequ. Il-mewt tiegħu kienet ikkonfermata mill-avukat tiegħu, Giorgio Assumma.
Sellem il-memorja tiegħu l-kompożitur u maestro lokali Mark Spiteri Lucas fejn qal, “Id-dinja għadha kif tilfet ġenju mużikali. Addio Maestro Morricone. Grazzi għall-mużika li tajtna.” Hawn taħt tistgħu tgawdu ftit mill-klassiċi tiegħu.
Facebook / Mark Spiteri Lucas