“Id-Dinja Teħtieġ Lil Binti Aktar Minn Kemm Teħtieġha Hi” – Omm Faith B’ Filmat Emozzjonali!

Omm Faith qasmet filmat emozzjonali  fuq il-paġna tagħha u ta’ bintha Faith li  ġibed bosta attenzjoni kif ukoll mess il-qlub ta’ ħafna mis-segwaċi.

Fil-filmat, li huwa akkumpanjat bil-kanzunetta “Your Song” bil-verżjoni ta’ Ellie Goulding, jidhru mumenti sbieħ u awtentiċi bejn l-omm u l-bint– mumenti mimlija tbissim, ħlewwa u mħabba li ma hemmx biżżejjed kliem biex tiddeskriviha.

Madankollu, dak li verament laqat lis-segwaċi kien proprju l-messaġġ li jakkumpanja dan il-filmat: “In-nies tant taħseb li binti teħtieġ id-dinja iżda r-realtà hi li d-dinja teħtieġha.”B’dan il-kliem sempliċi iżda profond, l-omm tipprova tiftaħ għajnejn in-nies. Tistqarr li minflok inħarsu lejn persuni bid-Down Syndrome bħala persuni bi bżonnijiet speċjali u nieqfu hemm, għandna nifhmu wkoll kemm huma kapaċi jagħtuk id-dinja u joffru ħafna imħabba. L-omm tistqarr li Faith iġġib magħha doża ta’ mħabba kuljum, ġenwinità li ma tistax tixtriha u ferħ li jinfirex ma’ kull min jiltaqa’ magħha.

Dan il-filmat ma jurix biss l-istorja bejn l-omm u l-bint… iżda jgħaddi messaġġ għal kulħadd biex nitgħallmu napprezzaw u nħarsu lejn id-dinja minn lenti differenti – b’aktar empatija, ġenerożità u ħafna aktar imħabba. Segwi l-filmat ta’ omm Faith billi tagħfas HAWN.







Ritratti:

Facebook/ Up & Up With Faith

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI