Id-Dulċier Għawdxi Frans Vella Jgħaddi Għall-Ħajja Ta’ Dejjem

Bosta qed jibku lid-dulċier Għawdxi Frans Vella hekk kif ġiet żvelata l-aħbar li mar għall-ħajja ta’ dejjem aktar kmieni din il-ġimgħa. Frans u l-familja tiegħu magħrufin ħafna f’Għawdex għall-bejgħ tal-ħelu u l-qubbajt.

Fi żmienu, Frans kien imfittxi ħafna f’Għawdex għall-ħelu tiegħu. Apparti mill-qubbajt, hu kien imfittex ħafna għall-kejkijiet kbar tiegħu, li kien jaf jagħmel f’kull forma u ta’ kull tip. 





Il-funeral ta’ Frans se jkun l-Erbgħa 10 ta’ Marzu 2021 fil-Bażilika San Ġorġ, u wara se jindifen fiċ-ċimiterju ta’ Santa Marija fix-Xewkija. 

Aħna minn Gwida.mt nixtiequ ngħaddu l-kondoljanzi lill-familja, ħbieb u qraba ta’ Frans, kif ukoll lil kull min qed iħoss it-telfa tiegħu. Strieħ fis-Sliem għażiż. 

Newsbook.mt



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI