Ftit iżjed minn sena u nofs ilu tilfu lil binhom Jake wara ġlieda mimlija reżiljenza u perseveranza kontra kundizzjoni rari. Il-ġenituri tiegħu ddeċidew li jibdlu l-uġigħ tagħhom f’tama sabiex b’hekk ikunu jistgħu jgħinu oħrajn li jinsabu fil-qagħda li kien fiha binhom.
Josie u Maruska, il-ġenituri tal-mibki Jake Vella, ħabbru li huma wkoll se jkunu qed jipparteċipaw fil-maratona li l-Fondazzjoni Puttinu Cares se jkunu qed jorganizzaw fil-Ġimgħa l-Kbira.
“Il-ftit tiegħek taf tgħin ħafna nies li huma fil-bżonn,” appellat emozzjonata Maruska.
Prosit tassew!
Facebook / Jake Vella