Kevin Borg u martu Maria Francesca dalwaqt se jkunu qed jiċċelebraw l-anniversarju minn met qalu iva lil xulxin u bdew il-ħajja miżżewġa.
“Peress li se nkun qed intella’ l-kunċerti tiegħi fl-Iżvezja fis-17, iddeċidejna li niċċelebraw l-anniversarju tagħna llum. Se tkun ġurnata mimlija mħabba u hena. Jien ixxurtjat ħafna li għandi din il-persuna mill-aqwa maġenbi.”
Nawgurawlhom minn qalbna u nittamaw li jkollhom anniversarju mill-isbaħ!
Facebook/ Kevin Borg