L-Identità Malta sellmet il-memorja ta’ Mary Rose Balzan, li ħalliet din id-dinja, u fakkret fil-ħidma u d-dedikazzjoni tagħha matul is-snin.
Mary Rose kienet impjegata fit-Taqsima tar-Riċerki, fejn kienet magħrufa bħala persuna dedikata u ħabrieka, u li kienet tgawdi rispett kbir minn dawk kollha li ħadmu magħha.
F’messaġġ uffiċjali, l-aġenzija qalet, “Identità ssellem il-memorja ta’ Mary Rose Balzan, li ħalliet din id-dinja. Mary Rose kienet impjegata dedikata u ħabrieka fit-Taqsima tar-Riċerki, u kienet rispettata ferm minn kulħadd.”
Hi żżid, “F’isem il-Kap Eżekuttiv, il-Bord tad-Diretturi u l-ħaddiema kollha tal-Aġenzija Identità inwasslu l-kondoljanzi sinċiera lil żewġha u lil binha, u lill-kumplament tal-familja u l-qraba kollha tagħha.
Agħtiha O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.”
L-aġenzija temmet billi esprimiet is-simpatija tagħha mal-familja f’dan il-mument diffiċli, filwaqt li fakkret fil-kontribut li Mary Rose ħalliet warajha. F’isem it-tim ta’ Gwida, ngħaddu l-kondoljanzi tagħna.
Strieħ fis-sliem għażiża!