Fuq il-paġna uffiċjali tagħhom it-tim ta’ AAA qasam każ ieħor ta’ qsim il-qalb fejn il-kelb li qed jagħtu kenn u jieħdu ħsieb għadu mhux jafda. Jinsab imbeżża’ wara li ġie kkonfiskat mill-Animal Welfare.
L-AAA isemmu li l-kelb jista’ jkun li għadda minn xi esperjenza xejn sabiħa qabel li mhix tgħinu jafda nies ġodda. B’qalb maqsuma l-AAA jispjegaw kif Woodie, “Jibda jinbħilna , u jħares il-kamra tiegħu u l-ikel tiegħu…”
Huma qed jagħmlu l-għalmu tagħhom biex iħossu maħbub u protett, u bla dubju qed jaraw li ma jkunx jonqsu xejn. “Ħallina nħobbuk ċkejken!”, jikteb it-tim.
Jekk tixtieq tgħin lil AAA tista’ tuża waħda minn dawn il-metodi t’hawn taħt.
Paypal:
SMS:
- 5061 7350 – €2.33
- 5061 8060 – €4.66
- 5061 8910 – €6.99
- 5061 9200 – €11.66
BOV Mobile:
- 7973 0921
Facebook/ AAA