Ġie Mħabbar Aċċess Pedonali Fil-Bajja Tal-Balluta

Id-Dipartiment tal-Informazzjoni għadu kemm ippubblika stqarrija ġdida. It-taraġ għal aċċess pedonali Joe Attard Kingswell, li huwa rotta popolari użata minn ħafna biex jaqsmu mit-tarf ta’ fuq taż-żona residenzjali tal-Balluta sal-bajja, se jinbidel f’wieħed li jiġbed l-għajn. Dan tħabbar mill-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar Aaron Farrugia flimkien maċ-Chairperson tal-Kunsill Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar (PA) Martin Saliba u mas-Sindku ta’ San Ġiljan Albert Buttigieg.

L-iskema se tinkorpora wkoll water-feature li tinżel it-tul kollu tas-sit u tinkludi pavimentar li ma jiżloqx u bankijiet tal-injam flimkien ma’ soft landscaping fiż-żoni mtarrġa li se jinħolqu. Se jkun installat ukoll chair lift. Is-sit jinsab bejn żewġ binjiet li huma skedati: ringiela ta’ djar ta’ Grad 2 u l-Knisja tal-Balluta (Grad 1) u l-binja ikonika Balluta Building ta’ Grad 1 li kienet iddisinjata mill-perit magħruf Malti Giuseppe Psaila. Il-Ministru Farrugia tenna li qed isiru bosta investimenti fit-titjib tal-kwalità tal-ħajja u s-sostenibbiltà ambjentali, anke permezz tad-DPF. “Qed naħdmu biex noħolqu ambjent abitabbli u komunitajiet kuntenti. Permezz ta’ diversi inizjattivi, qed ninħejju ambjent urban aktar b’saħħtu”.





Martin Saliba, iċ-Chairperson tal-Kunsill Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar, qal, “L-għan tad-DPF huwa li jipprovdi l-appoġġ finanzjarju biex niżguraw li proġetti ambizzjużi tal-komunità kemm żgħar kif ukoll kbar ma jdumux ma jsiru imma jitwettqu biex itejbu l-kwalità tal-ħajja fi ħdan l-ibliet u l-irħula tagħna.” Is-Sur Saliba kkonkluda li, “Aħna għażilna li niffinanzjaw dan il-proġett għax jgħaqqad id-disinn urban ta’ kwalità tajba ma’ infrastruttura ħadra u aċċessibbiltà pedonali aħjar. Il-pajsaġġ jirrispetta wkoll il-karattru urban taż-żona li tgħaqqad bini storiku ta’ kwalità għolja ma’ arkitettura aktar moderna”.

Din it-triq fil-viċinanzi tal-Liċeo hija waħda li tgħaqqad il-Ħamrun ma’ Santa Venera. F’Għawdex, il-PA se tkun qed tiffinanzja €40,000 għal xogħlijiet ġodda ta’ pavimentar u tisbiħ fi Triq il-Kunċizzjoni fil-Qala. Ara aktar HAWN



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI