"Ieqfu Xerrdu L-Qlajjiet Dwarna U Ħaddieħor…" – Valentina Rossi

Valentina Rossi kienet dak il-famuż party li fih instab persuna pożittiv u li minnu ħarġu sitt każijiet oħra pożittivi. Jidher li malajr daret il-qlajja li hi u l-għarus tagħha Carlo, instabu pożittivi għall-Covid-19.





Rossi tgħid, “Wara ġurnata mimlija ansjetà nipprova nikkalma lil sħabi u l-familja tiegħi, xi ħadd ħaseb li jkun umoristiku li joħloq għajdut falz li beda jiċċirkola dalgħodu u li smajna waqt li konna għadna qed nistennew biex nagħmlu t-test tal-covid-19 tagħna! Kif in-nies għażlu li jxerrdu dan l-għajdut mingħajr ma jaħsbuha darbtejn dwar kif dan jolqot l-individwi inkwistjoni.”

Rossi isemmi erba’ punti fejn tisħaq li kienu hemm u mxew mal-linji gwida tas-saħħa, kif saru jafu mill-ewwel għamlu kuntatt biex imorru jagħmlu l-iswab test u ħadu r-riżultat kmieni dalgħodu u kien negattiv. Barra dan sa fejn taf hi sħabha huma wkoll negattivi.



Tagħlaq billi tgħid, “ieqfu xerrdu qlajjiet dwarna u ħaddieħor, dan jikkawża biss aktar kumplikazzjonijiet lin-nies ta’ madwarna u l-kumpaniji li naħdmu fihom. L-unika aħbar li għandek tisma’ huma d-dikjarazzjonijiet uffiċjali mill-Awtoritajiet tas-Saħħa.”

Facebook / Valentina Rossi

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI