Ifaqqa’ L-Virus Nipah Fl-Indja Twassal Għal Screening Fl-Ajruporti Tal-Asja

Uġigh ta ras

Tħabbar li faqqa’ l-virus Nipah, li huwa magħruf li jista’ jkun fatali, fl-istat ta’ West Bengal fl-Indja. L-aħbar qanqlet tħassib f’diversi pajjiżi fl-Asja, bl-awtoritajiet f’xi stati jsaħħu l-miżuri ta’ skrining fl-ajruporti.

It-Tajlandja bdiet tagħmel skrining fuq passiġġieri li jaslu minn West Bengal fi tliet ajruporti, filwaqt li n-Nepal introduċa kontrolli simili fl-ajruport ta’ Kathmandu kif ukoll f’punti oħra ta’ dħul fuq il-fruntieri tal-art mal-Indja.

Fuq is-sit BBC ġie rrappurtat li l-virus Nipah jista’ jinxtered mill-annimali għall-bnedmin, bħall-ħnieżer u l-friefet il-lejl (fruit bats), kif ukoll minn persuna għal oħra permezz ta’ ikel ikkontaminat.

Il-perjodu ta’ inkubazzjoni jvarja bejn 4 u 14-il jum. Xi persuni jistgħu ma juru l-ebda sintomu, filwaqt li oħrajn jesperjenzaw deni, uġigħ ta’ ras, uġigħ fil-muskoli, rimettar u uġigħ fil-griżmejn. F’każijiet aktar serji jesperjenzaw anke pnewmonja.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI