Aħbar ħelwa dalgħodu qed tiċċirkola l-mezzi tal-midja soċjali hekk kif dalgħodu kmieni, fis-1.50 fir-Ramla l-Ħamra faqqsu l-ewwel fkieren li sa issa qed jammontaw għal 62, sas-6.45 ta’ dalgħodu.
Nature Trust irringrazzjaw lil dawk kollha li tawhom sapport speċjalment lil Manu u Brenda li kienu rrapurtaw il-bejta tagħhom malli raw il-fekruna.
Dawn l-ewwel ritratti ta’ dawn il-fkieren żgħar ittieħdu minn Roy Davidson li huwa l-fotografu uffiċjali u li qed juża l-kamera bin-‘night vision’.
Ritratt: Facebook/ Nature Trust – FEE Malta