Fil-lejl li għadda, numru ta’ fkieren faqqsu ġewwa l-bajja tar-Ramla l-Ħamra. Xi voluntiera tal-għaqda Wildlife Rescue Team Malta kienu preżenti fuq il-post u l-paġna tagħhom kitbet li dan intlaqa’ b’ferħ minn dawk il-voluntiera.
“Nirringrazzjaw lill-familja li avżawna, lill-voluntiera tagħna u lill-uffiċjali tal-ERA li kienu fuq il-post” kitbu Wildlife Rescue Team Malta.