Skont iċ-ċifri ppubblikati mill-paġna ta’ Facebook tal-Awtorità tas-Saħħa, Malta rreġistrat 187 każ ġdid tal-Covid-19 wara li saru 3,879 test fl-aħħar 24 siegħa.
Il-gżejjer irreġistraw 189 irkupru ieħor, u b’hekk l-ammont totali ta’ rkupru tela’ għal 13,054 u n-numru ta’ każijiet attivi niżel għal 2,831. Minn meta faqqgħet din il-pandemija, Malta rreġistrat 16,129 każ u wettqet 577,544 test. Il-gżejjer irreġistraw ukoll żewġ imiewt oħra. It-total ta’ mwiet attwali huwa 244.
Il-post innota wkoll li sal-bieraħ, 19 ta’ Jannar, 14,276 doża tal-vaċċin ġew amministrati lil diversi persuni fil-gżejjer.