F’dawn l-aħħar sigħat fuq il-midja soċjali ħafna sellmu l-memorja ta’ Ruth Aquilina li sfortunatament ħalliet din id-dinja llum. Persuna qrib tagħha faħħret id-determinazzjoni u l-perseveranza li hi dejjem weriet fil-ġlieda tagħha għal ħajjitha filwaqt li rrikonoxxiet b’sogħba li “l-Mulej kellu pjan differenti”.
Oħrajn semmew il-qalb kbira li kellha Ruth u fissru kif tal-anqas mhux se tkun qed ssofri iżjed uġigħ.
“Se tibqa’ f’qalbna għal dejjem,” temmew jiktbu ħbieb tagħha b’reazzjoni għal din l-aħbar ta’ niket.
Tistrieħ fis-sliem!
Facebook / Ruth Aquilina