Il-pjattaforma soċjali tal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin ittella’ din l-aħbar kerha dwar it-telfa ta’ Joe Cordina.
“IĠM isselli l-memorja tal-ġurnalist veteran Joe Cordina, li miet iktar kmieni dan is-Sibt. Apparti li kien involut fil-ġurnaliżmu, Cordina kien ukoll membru attiv tal-komunita’ fir-raħal tal-Ħamrun li kien tant għażiż għalih, fejn ikkontribwixxa b’kitbietu u partiċipazzjoni attiva. L-unjoni testendi l-kondoljanzi lill-familja u qraba.”
Aħna mit-team ta’ Gwida.mt nagħtu l-kondoljanzi lill-familja u qraba f’dan il-mument tant iebes u ta’ niket.