Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Għaqda Mużikali Sant’ Elena A.D. 1919, Birkirkara sellmu l-memorja ta’ Carmelo Calleja li ħalla din id-dinja riċentament.
Huma qalu, “Il-Kumitat tal-Għaqda tagħna jixtieq iwassal il-kondoljanzi sinċiera tiegħu lill-qraba, familjari u ħbieb ta’ Carmelo Calleja, fundattur tar-radju tal-Kommunita BKR, li mar jiltaqa’ ma’ Kristu Rxoxt. L-Għaqda tagħna tixtieq turi s-solidarjetà tagħha mal-Familja Calleja f’dan il-mument diffiċli.
Żiedu, “Il-Funeral tiegħu ser isir nhar it-Tnejn 13 ta’ April 2026 fil-Proto Kolleġġjata Bażilila Sant’Elena, Birkirkara fl-10 am. Nitolbu lil Sant’Elena tilqgħu fi ħdana u twassalhu għand Alla Missierna. Agħtih O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.”
Mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nagħtu l-kondoljanzi lill-familja kollha. Jistrieh fis-sliem.