Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Parroċċa Santa Katarina Iż-Żejtun qasmu mas-segwaċi tagħhom aħbar xejn sabiħa hekk kif ħalla din id-dinja Dun Remiġ li kellu 86 sena.
Qalu, “B’sogħba nħabbru l-mewt ta’ Dun Remiġ Saliba fl-età ta’ 86 sena, li ddedika 59 sena ta’ servizz saċerdotali wara l-ordinazzjoni tiegħu fl-1967. Matul il-ministeru tiegħu kien magħruf għall-umiltà tiegħu, għall-imħabba kbira lejn l-Ewkaristija, u għall-ħidma pastorali tiegħu, b’mod speċjali mal-morda u ma’ dawk fil-bżonn.”
Żiedu, “Serva lill-komunità parrokkjali tagħna b’ġenerożità kbira, u fl-aħħar snin kien qed jaqdi bħala rettur tal-Knisja tal-Madonna tal-Ħniena. Filwaqt li nitolbu għal ruħu, nirringrazzjawh tas-servizz twil u ġeneruż li ta lill-parroċċa tagħna. Agħtih, Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.”
Kondoljanzi lill-familjari.